Opportunitajiet ta’ taħriġ
Il‑Programm għat‑Taħriġ u l‑Iżvilupp jgħin lill‑impjegati jiżviluppaw sett ta' ħiliet meħtieġa biex jaħdmu fuq livell professjonali.
Il‑Programm ta' Żvilupp għandu tliet livelli, jiġifieri l‑livell Fundamentali, l‑Intermedju u l‑Avvanzat.
Il‑livell Fundamentali hu maħsub għal uffiċjali fi grad klerikali, waqt li l‑livell intermedju hu maħsub għal uffiċjali għolja u uffiċjali eżekuttivi. Il‑livell Avvanzat hu maħsub għal Maniġers u Kapijiet tad‑Dipartimenti.
Il‑korsijiet ta' taħriġ jiġu ffaċilitati minn uffiċjali għolja tal‑bank jew jiġu ddelegati lil organizzazzjonijiet ta' taħriġ lokali jew barranin, jekk il‑kompetenza interna meħtieġa ma tkunx disponibbli. Fit‑tmiem ta' kull unità tal‑programm, dawk li jkunu qed jitħarrġu jintalbu jissottomettu proġett.
Meta taħriġ meħtieġ ma jkunx jista' jiġi pprovdut internament, issir riċerka fost organizzazzjonijiet li jispeċjalizzaw fil‑qasam partikolari, lokalment jew barra mill‑pajjiż, biex jiġu identifikati korsijiet adegwati.