Programm ta’ Studju, Żvilupp, Riċerka u Tagħlim
Il‑Bank jipprovdi sussidju għall‑membri tal‑istaff li jixtiequ jsegwu żvilupp personali f'oqsma approvati mill‑Bank.
1. Sussidju għal studju full‑time barra minn Malta fil‑livell ta' Ph.D.
L‑għan hu li l‑istaff jiġi mħajjar isegwi studji fil-livell ta' dottorat f'universitajiet barranin ta' reputazzjoni tajba, f'oqsma identifikati mill‑Bank. Il‑Bank jipprovdi somma fissa, li għandha tkopri l‑miżati tat‑tagħlim, l‑ispejjeż tal‑ivvjaġġar u tal‑akkomodazzjoni u sussistenza. Membri tal‑istaff li jingħażlu fit‑termini ta' dan il‑programm jingħataw permess uffiċjali ta' leave of absence mingħajr paga, għall‑perjodu tal‑istudji tagħhom.
2. Sussidju għal studju permezz ta' distance learning
L‑Iskema tgħin lill‑membri tal‑istaff li jixtiequ jżidu l‑impjegabbiltà tagħhom ġewwa u barra l‑Bank permezz ta' distance learning jew parteċipazzjoni f'taħriġ part‑time għal kwalifiki rikonoxxuti u approvati mill‑Bank. L‑Iskema tikkonsisti minn self mingħajr imgħax, flimkien ma' kanċellament tas‑self stabbilit minn qabel għal programmi ta' studju meqjusa ta' rilevanza diretta għall‑Bank (ikklassifikati bħala oqsma ta' prijorità u oqsma sekondarji).
L‑oqsma meqjusa ta' prijorità għall‑Bank jirċievu għajnuna iżjed vantaġġjuża minn oqsma li mhumiex relatati mill‑qrib għall‑ħtiġijiet tal‑Bank.