Proċeduri ta’ reklutaġġ
Postijiet vakanti fil‑Bank normalment l‑ewwel jitħabbru internament. Is‑sejħiet għall‑applikazzjoni kollha jinkludu r‑rekwiżiti tax‑xogħol u tal‑ħiliet. Jekk ma jinstabu ebda applikanti interni adattati, jinbeda proċess ta' reklutaġġ estern u l‑postijiet vakanti jiġu ppubblikati fil‑midja u fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank.
Il‑proċess tal‑għażla normalment jinkludi test bil‑miktub jew preżentazzjoni lil panel indipendenti u intervista, li t‑tnejn iridu jsiru bil-lingwa Ingliża. Applikant li jkun irnexxielu jgħaddi minn dawn iż-żewġ testijiet jintbagħat għal eżami mediku qabel ma jingħata l-post.
Il‑ħatriet kollha huma soġġetti għal perjodu ta' prova kif stipulat fl‑Att dwar l‑Impjiegi u r‑Relazzjonijiet Industrijali Kap. 452.