Opportunitajiet attwali
Bħala parti mill‑istrateġija tal‑iżvilupp tiegħu, il‑Bank Ċentrali ta' Malta b'mod regolari jistieden lill‑individwi li għandhom kwalifiki akkademiċi u professjonali ta' livell għoli u li huma interessati f'impjieg mal‑Bank, biex jirreġistraw dan l‑interess. Il‑kwalifiki mfittxija mill‑Bank huma tal‑livell ta' wara l‑ewwel grad, mogħtija minn universitajiet ta' reputazzjoni tajba fl‑oqsma tal‑Ekonomija, l‑Ekonometrika, is‑Servizzi Bankarji u l‑Finanzi, l‑Istatistika u dixxiplini relatati. Ċittadini ta' Stati Membri tal‑Unjoni Ewropea li huma interessati f'karriera fil‑Bank Ċentrali ta' Malta huma għalhekk mitluba jibagħtu bl‑email CV dettaljat, fejn jindikaw l‑oqsma tal‑kompetenza tagħhom u l‑interessi tagħhom fir‑rigward tal‑karriera.
Ir‑reklutaġġ kollu jiġi pproċessat b'konformità mal‑leġiżlazzjoni lokali.