Il-proċess tas-selezzjoni
Test bil‑miktub
- Għal ċerti pożizzjonijiet, il‑kandidati jridu joqogħdu għal test bil‑miktub, imfassal minn panel indipendenti, ħalli jiġu vvalutati l‑ħiliet tagħhom biex jaqdu l‑irwol speċifiku. Dan it-test isir bil-lingwa Ingliża.
Intervista
- Intervista tas‑selezzjoni tiġi organizzata minn panel indipendenti biex jiġu eżaminati b'iktar reqqa l‑ħiliet, il‑kompetenzi u l‑abbiltajiet tal‑kandidat biex jerfa' r‑responsabbiltajiet tal‑irwol speċifiku.
Eżami mediku
- Qabel ma jiġu impjegati mill-Bank, il-kandidati li jintgħażlu fil-proċess tas-selezzjoni jsirilhom eżami mediku mill‑konsulent mediku tal‑Bank.
Kontrolli tas‑sigurtà
- Il‑Bank jagħmel kontrolli tas‑sigurtà fir-rigward tal-impjegati prospettivi kollha qabel ma jiġu impjegati.
Referenzi
- Il-Bank jitlob lill-applikanti prospettivi biex jissottomettu l-ismijiet ta' żewġ referees li jiġu kkuntattjati meta l-applikant jaċċetta l-offerta ta' impjieg.
Offerti ta' Impjieg
- Il‑kandidati magħżulin imbagħad jirċievu offerta ta' impjieg (soġġetta għal perjodu ta' prova). Meta l‑kandidat jaċċetta l‑offerta, tiġi stabbilita d‑data tal‑ingaġġ.
- Mal‑ingaġġ, ir‑rekluti l‑ġodda jsegwu programm introduttiv biex isiru jafu r‑regoli, ir‑regolamenti u l‑funzjonijiet ġenerali tal‑Bank.