News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2016

05/09/2016

Programm ta’ Xiri mingħand is-Settur Pubbliku - Irkantijiet Inversi

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser iniedi fuq bażi ta' prova rkantijiet inversi taħt il‑Programm ta' Xiri mingħand is‑Settur Pubbliku (PSPP), bl‑ewwel irkant skedat għall‑Erbgħa 7 ta' Settembru. Il‑PSPP huwa programm tal‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), fejn il‑BĊE u l‑banek ċentrali nazzjonali tal‑Eurosistema jixtru assi mingħand is‑settur pubbliku, bl‑għan li jitwettaq il‑mandat tal-BĊE dwar l‑istabbiltà fil‑prezzijiet.

Il‑Bank ser juża rkantijiet inversi sabiex jixtri titoli ta' dejn magħżula tal‑Gvern ta' Malta. Il‑kontropartijiet eleġibbli kollha ser ikunu jistgħu jipparteċipaw fl‑irkantijiet li normalment ser jitmexxew nhar ta' Erbgħa, sakemm ma jkunx imħabbar mod ieħor fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank.

Aktar dettalji dwar il‑mekkaniżmu tal‑irkantijiet inversi jinsabu fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.

Lura lejn l-Arkivju