News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014

14/01/2014

Tagħrif ta' kull sitt xhur dwar il-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro f'Malta

Fit‑tieni nofs tal‑2013 ġew irrappurtati lill‑Bank Ċentrali ta' Malta 874 karta tal‑euro falza, prattikament ekwivalenti għall‑ammont ta' karta tal-euro falza misjuba fl‑ewwel nofs tal-istess sena. B'hekk, għas‑sena 2013, l‑ammont totali ta' karti tal‑flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni laħaq 1,751, żieda ta' 5.2% fuq l-ammont tas‑sena l-oħra meta kienu irtirati 1,664 karta tal‑flus falza.

Tabella 1 turi l‑figuri ta' kull sitt xhur u dawk annwali ta' karti tal‑flus foloz li nstabu lokalment minn mindu daħal l‑euro fl‑2008. Il‑figura ta' karti tal‑flus foloz għall‑2013 kienet 27.7% inqas mill‑ogħla figura li ntlaħqet fl‑2010.

Tabella 1

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

 

N1

N2

N1

N2

N1

N2

N1

N2

N1

N2

N1

N2

Karti tal-flus foloz

642

903

798

520

760

1,663

484

1,059

951

713

877

874

1,545

1,318

2,423

1,543

1,664

1,751

Meta jitqabbel mal‑għadd ta' karti tal‑euro ġenwini fiċ‑ċirkolazzjoni f'Malta (medja ta' ftit aktar minn 15.5 miljun fit‑tieni nofs tal‑2013), il‑proporzjon ta' karti tal‑euro foloz baqa' baxx ħafna. Il‑proporzjon tal‑ammont tal‑karti tal‑euro foloz għadu baxx ħafna meta mqabbel ma' dak irtirat fiż‑żona tal‑euro fl‑istess perjodu, li skont l‑istqarrija għall‑istampa tat‑Tnejn 13 ta' Jannar maħruġa mill‑Bank Ċentrali Ewropew kien ta' 353,000 karta tal‑flus.

F'konformità mal‑iżviluppi fiż‑żona kollha tal‑euro, il‑karti tal‑€20, tal‑€50 u tal‑€100 għadhom l‑iktar karti ffalsifikati li nstabu lokalment, u jammontaw għal 95.4% tat-total tal-flus foloz.

Din ix‑xejra tidher f'Tabella 2 li tipprovdi analiżi perċentwali tal‑ammont totali ta' flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni f'Malta fit‑tieni nofs tal‑2013, skont id‑denominazzjonijiet u mqabbla maż‑żona tal‑euro.

Tabella 2

 

 

€5

€10

€20

€50

€100

€200

€500

Analiżi Perċentwali

Żona tal-euro

0.5

6.0

43.0

35.0

13.0

1.5

1.0

Malta

0.2

2.9

51.0

16.1

28.3

1.4

0.1

Minkejja dawn il‑ftit każijiet ta' flus foloz, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jibqa' jwissi lill‑pubbliku biex jibqa' attent meta jagħmel transazzjonijiet bi flus kontanti. Il‑karti tal‑flus ġenwini jintgħarfu faċilment permezz tat‑test feel‑look‑tilt kif spjegat fuq is‑sit tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.

Madankollu, f'każ ta' dubju dwar l‑awtentiċità ta' karta tal‑flus, din għandha titqabbel direttament ma' waħda li żgur tkun ġenwina. Kull min jissuspetta li għandu f'idejh karta tal‑flus falza għandu jċempel lill‑Pulizija fuq 21224001 jew lill‑Bank Ċentrali ta' Malta fuq 2550 6012/13, jew permezz tal-email.

 

Lura lejn l-Arkivju