- Home
-
- Statistika
-
- Esterna
-
- Ġabra ta' tagħrif dwar ir-Riżervi Internazzjonali u l-Likwidità f'Munita Barranija - Noti dwar il-Metodoloġija
Ġabra ta' tagħrif dwar ir-Riżervi Internazzjonali u l-Likwidità f'Munita Barranija - Noti dwar il-Metodoloġija
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta qed jippubblika ġabra ta' tagħrif imsaħħa għar‑Riżervi Internazzjonali, jiġifieri "Riżervi Internazzjonali/Likwidita f'Munita Barranija", b'konformità mar‑rekwiżiti tal‑linji gwida operazzjonali tal‑Fond Monetarju Internazzjonali dwar Standards Speċjali għad‑Disseminazzjoni tad‑Data.
Ir‑riżervi internazzjonali uffiċjali tal‑pajjiż huma dawk l‑assi esterni li huma disponibbli minnufih għall‑awtoritajiet monetarji u huma kkontrollati minnhom (il‑Bank Ċentrali ta' Malta) u mill‑gvern ċentrali (inklużi unitajiet baġitarji oħra) u li jintużaw għall‑finanzjament dirett ta' żbilanċi fil‑pagamenti (BPM5).
Sa mill‑2008, it‑terminu 'assi ta' riżerva uffiċjali' jikkorrispondi mad‑definizzjoni tal‑Eurosistema tar‑riżervi li teskludi investimenti denominati f'euro u/jew vis‑à‑vis residenti taż‑żona tal‑euro.
Il‑ġabra ta' tagħrif tinkludi erba' tabelli u tqis kemm l‑informazzjoni tal‑karta tal‑bilanċ dwar ir‑riżervi internazzjonali kif ukoll assi u obbligazzjonijiet magħżula oħra tal‑awtoritajiet u anke l‑attivitajiet barra l‑karta tal‑bilanċ.
- |
It‑taqsima 1 tiddeskrivi l‑pożizzjoni tal‑istokk ta' (a) assi ta' riżerva uffiċjali (b) assi oħra f'munita barranija. (Il‑parti 1b tinkludi investimenti minbarra dawk denominati f'euro u miżmuma minn residenti taż‑żona tal‑euro.)
|
- |
It‑taqsima 2 hi skeda ta' short‑term net drains predeterminati fuq assi denominati f'munita barranija. |
- |
It‑taqsima 3 hi skeda ta' short‑term net drains kontinġenti fuq assi denominati f'munita barranija. |
- |
It‑taqsima 4 tal‑ġabra ta' tagħrif tipprovdi informazzjoni supplimentari li mhijiex inkluża fit‑Taqsimiet 1‑3, li hi magħrufa bħala Partiti tal‑Memorandum. |