Istituzzjonijiet Sistemikament Importanti
Il‑bafer tal‑kapital għal Istituzzjonijiet Sistemikament Importanti Oħra (O‑SII) hu maħsub biex itaffi l‑vulnerabbiltà tas‑sistema finanzjarja domestika u tal‑ekonomija reali fil‑konfront tal‑falliment ta' istituzzjonijiet sistemikament importanti. Il‑bafer O‑SII jikkonsisti minn rekwiżit addizzjonali ta' kapital applikat għal istituzzjonijiet li, f'każ ta' falliment jew indeboliment, jista' jkollhom impatt konsiderevoli fuq is‑sistema finanzjarja domestika u fuq l‑ekonomija reali. Dan il‑bafer addizzjonali tal‑kapital jiġi applikat għal istituzzjonijiet sistemikament importanti domestiċi biex iqawwi r‑reżistenza tagħhom billi jsaħħaħ il‑kapaċità tagħhom li jassorbu t‑telf u b'hekk jiġi żgurat li dawn joħolqu riskju minimu għall‑ekonomija domestika fil‑forma ta' effetti indiretti. Fallimenti tas‑suq fil‑mira tal‑bafer tal‑kapital O‑SII huma relatati prinċipalment mat‑teħid eċċessiv ta' riskji abbażi ta' aspettattivi ta' salvataġġ finanzjarju bħala riżultat tar‑rilevanza sistemika perċepita ta' istituzzjoni individwali (periklu morali u "kbir wisq biex ifalli").
Il‑bafer tal‑kapital O‑SII hu strument makroprudenzjali integrat legalment fil‑qafas CRD/CRR; dan il‑qafas ġie traspost domestikament fid‑Direttiva Nru 11 tal‑Bank Ċentrali ta' Malta u fir‑Regola Bankarja 15 tal‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA). Skont ir‑revised Policy Document, l‑Awtoritajiet iddeċidew li jirrevedu u jaġġornaw il‑Metodoloġija O‑SII tal‑2016 b'effett minn Jannar 2020 sabiex tirrifletti aħjar l‑iżviluppi fis‑settur finanzjarju domestiku u wkoll biex jallinjaw iktar il‑metodoloġija O‑SII domestika mal‑linji gwida tal‑Awtorità Bankarja Ewropea fir‑rigward tal‑evalwazzjoni tal‑O‑SIIs (EBA/GL/2014/10).
L‑Awtoritajiet, taħt l‑awspiċi tal‑Bord Konġunt dwar l‑Istabbiltà Finanzjarja, u wara konsultazzjoni mal‑Bank Ċentrali Ewropew, identifikaw erba' banek bħala O‑SIIs u stipulaw li dawn għandu jkollhom bafers tal‑kapital O-SII skont 2024 Statement of Decision, u kif indikat fit‑tabella hawn taħt:
Credit Institution
|
Bucket
|
Buffer rate
|
APS Bank plc
|
2
|
0.50%
|
MDB Group Limited
|
3
|
1.00%*
|
HSBC Bank Malta p.l.c.
|
4
|
1.25%**
|
Bank of Valletta plc
|
5
|
2.00%
|
* Irreferi għat-taqsima 1.1 tal-Istatement of Decision għal kunsiderazzjonijiet fir-rigward tar-rata tal-bafer O-SII tal-MDB Group Limited.
**HSBC Bank Malta plc jikkwalifika għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 131(8) tas-CRD, li jirriżulta fil-limitu massimu tar-rata ta’ riżerva ta’ 1.50% (bucket 4) O-SII tiegħu għal 1.25% (irreferi għat-taqsima 1.2 tal-Istatement of Decision għal aktar dettalji).
Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2024