Bafer Kontroċikliku tal-Kapital
Il-bafer kontroċikliku tal-kapital (CCyB) hu strument tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital IV (CRD IV), traspost fid‑Direttiva Nru 11 tal- Bank Ċentrali ta' Malta "Politika Makroprudenzjali", li jesiġi li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jwarrbu kapital addizzjonali tal-Grad 1 ta' ekwità komuni waqt perjodi ta' tkabbir eċċessiv tal-kreditu. L-għan tas-CCyB hu li tiżdied il‑kapaċità ta' reżistenza tal-banek fi żminijiet tajba biex ikunu jistgħu jassorbu t-telf potenzjali li jista' jinqala' fi żmien ta' tnaqqis fl-attività, u li tiġi sostnuta l-provvista kontinwa ta' kreditu lill-ekonomija reali.
Skont l-Artikolu 136(7) tad-Direttiva tal-UE 2013/36/UE, trasposta fid-Direttiva Nru 11 tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Bank għandu jħabbar l-iffissar tar-rata tal-bafer kontroċikliku tal-kapital abbażi ta' stima trimestrali tar-riskji kkawżati minn tkabbir eċċessiv tal-kreditu.
B'dan, il-Bank qiegħed jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu dwar ir-rata CCyB għat-tieni trimestru tal-2017.
Notifika
- Ir-rata applikabbli tal-bafer kontroċikliku tal-kapital: 0%
- Il-proporzjon rilevanti tal-kreditu għall-PDG: 84.1% u d-devjazzjoni tiegħu mit-tendenza fuq żmien twil: -26.7 punti perċentwali
- Il-gwida tal-bafer: 0%
Indikaturi trimestrali u stimi għar-rata tal-bafer kontroċikliku tal-kapital
CCB assessment for 2017Q2 Chart pack for 2017Q2
CCB assessment for 2017Q1 Chart pack for 2017Q1
CCB assessment for 2016Q4 Chart pack for 2016Q4
CCB assessment for 2016Q3 Chart pack for 2016Q3
CCB assessment for 2016Q2 Chart pack for 2016Q2
CCB assessment for 2016Q1 Chart pack for 2016Q1