Is-Sur Peter J Baldacchino
Peter J Baldacchino nħatar bħala Membru tal‑Bord tad‑Diretturi tal‑Bank Ċentrali ta' Malta għal perjodu ta' ħames snin b'effett mill‑14 ta' April 2013. Hu Fellow taċ‑Chartered Association of Certified Accountants u tal‑Malta Institute of Accountants u għandu M. Phil fil‑Verifika u l‑Governanza Korporattiva, maħruġa mill‑Università ta' Loughborough.
Is‑Sur Baldacchino hu Kap u senior lecturer ‑ Financial Strategy and Auditing, fid‑Dipartiment tal‑Kontabilità, FEMA, fejn, fl‑2012 ikkoordina l‑introduzzjoni tal‑grad ta' Master fil‑Kontabilità. Mill‑2006 hu wkoll Delegat tar‑Rettur għall‑Affarijiet Finanzjarji fl‑Università u r‑rappreżentant universitarju fuq il‑Bord tal‑Kontabilità. Il‑pubblikazzjonijiet tar‑riċerka tiegħu f'diversi rivisti akkreditati tal‑kontabilità u l‑ekonomija, u l‑preżentazzjonijiet tiegħu f'konferenzi internazzjonali, huma relatati mal‑governanza korporattiva f'mikrostati, il‑verifika interna u esterna, u l‑maniġġ finanzjarju. Karigi li okkupa s‑Sur Baldacchino jinkludu dik ta' Membru tal‑Bord tad‑Diretturi fil‑Bank Ċentrali ta' Malta (1996‑1998), konsulent f'istituzzjonijiet, fondazzjonijiet u kooperattivi finanzjarji (1998‑2002), Direttur fil‑Maltacom (issa GO) plc (2002‑2007), fejn din l‑aħħar kariga kienet tinkludi Presidenza tal‑Kumitati għall‑Verifika u r‑Riskji, u Direttur fil‑Grupp ta' Kumpaniji tal‑Università ta' Malta (2006 sal‑preżent).
|
|