Verifika esterna
Skont artikolu 20 tal‑Att tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, Kap. 204, il-kontijiet tal‑Bank Ċentrali ta' Malta jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti maħtura mill‑Bord tad‑Diretturi fuq rakkomandazzjoni tal‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u approvati mill‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea skont artikolu 27.1 tal‑Istatut tas‑Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal‑BĊE. Ir‑rapport tal‑awditur indipendenti jiġi ppubblikat bħala parti mir‑Rapport Annwali tal‑Bank.