Noti dwar il-Metodoloġija
Ir‑Riżervi Uffiċjali ta' Malta huma dawk l‑assi barranin li huma disponibbli minnufih u huma kkontrollati mill‑awtoritajiet monetarji (il‑Bank Ċentrali ta' Malta) u l‑gvern ċentrali (inklużi unitajiet baġitarji oħra) u li jintużaw għall‑finanzjament dirett ta' żbilanċi tal‑pagamenti (BPM5).
Sa mill‑2008, it‑terminu 'assi ta' riżerva uffiċjali' jikkorrispondi mad‑definizzjoni ta' riżervi tal‑Eurosistema li teskludi investimenti denominati f'euro u/jew vis‑à‑vis residenti taż‑żona tal‑euro.
Tali informazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala proviżorja. Reviżjonijiet għat-tali data huma disponibbli fil‑ġabra ta' tagħrif dwar ir‑Riżervi Internazzjonali li tiġi aġġornata sal‑aħħar tax‑xahar wara d‑data ta' referenza.