Library

Politika tal-Librerija

Ċirkolazzjoni: il-kotba jiġu mislufa għal perjodu speċifiku ta' żmien kif stabbilit fir-Regoli tal-Librerija. Madankollu, jekk tinqala' l-ħtieġa, il-materjal kollu jista' jissejjaħ lura immedjatament.

Rivisti: ir-rivisti jistgħu jiġu kkonsultati fuq il-post biss.

Self‑service għall‑fotokopji: wieħed jista' jagħmel fotokopji ta' materjal fil‑Librerija bil‑kundizzjoni li jitħarsu d‑drittijiet tal‑awtur u bi ħlas għal kull folja. Il‑Lista tal‑Prezzijiet u l‑Linji Gwida għall‑Fotokopji jinstabu qrib il‑magna tal‑fotokopji.

Kopji ta' pubblikazzjonijiet elettroniċi huma permessi bil-kundizzjoni li jitħarsu d-drittijiet tal-awtur u ma jintalabx ħlas għal dawn il-kopji.

Attivitajiet ipprojbiti: l-użu ta' tagħmir fotografiku u tal-vidjo mhux permess fil-bini tal-Bank. L-użu ta' telefoni ċellulari u l-konsum ta' ikel/xorb fil-Librerija huma wkoll ipprojbiti.

Akkwisti: rakkomandazzjonijiet għal żieda u tisħiħ tal-kollezzjoni ta' materjali tal-Librerija jiġu apprezzati ħafna u jitqiesu bir-reqqa.