News - Stqarrijiet għall-Istampa 2015
                            
                        
                    
                    
    
        
            
                
                
                        
                        - 
                            
                              24 ta' Diċembru 2015  
                            
                            
                                Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika r-Rapport Interim dwar l-Istabbiltà Finanzjarja 2015, li jkopri l-iżviluppi fis-settur bankarju, tal-assigurazzjoni u tal-fondi ta’ investiment għall-ewwel sitt xhur tal-2015.
                             
- 
                            
                              18 ta' Diċembru 2015  
                            
                            
                                Fit-18 ta’ Diċembru 2015, il-Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita kommemorattiva taż-€2 li tfakkar it-tletin anniversarju tal-bandiera tal-UE. 
                             
- 
                            
                              15 ta' Diċembru 2015  
                            
                            
                                Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika t‑tielet ħarġa tar‑Rivista tiegħu ta' Kull Tliet Xhur għas‑sena 2015, li tanalizza l‑iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji riċenti f'Malta u barra minn Malta.
                             
- 
                            
                              07 ta' Diċembru 2015  
                            
                            
                                Bħala l-awtorità kompetenti tar-Regolament tas-SEPA (UE) Nru 260/2012, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jixtieq jinforma lill‑pubbliku li mill‑1 ta' Frar 2016 ser tapplika r‑regola rigward l-użu tal‑IBAN biss għal pagamenti bis-SEPA.
                             
- 
                            
                              26 ta' Novembru 2015  
                            
                            
                                Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u l‑MaltaPost p.l.c. se jniedu prodott numiżmatiku konġunt li jfakkar il‑laqgħa bejn il‑mexxejja tal‑pajjiżi membri tal‑Commonwealth (CHOGM) li se ssir f’Malta bejn is‑27 u d‑29 ta’ Novembru 2015.