News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2015

07/12/2015

Ir-regola rigward l-użu tal-IBAN biss

Bħala l-awtorità kompetenti tar-Regolament tas-SEPA (UE) Nru 260/2012, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jixtieq jinforma lill‑pubbliku li mill‑1 ta' Frar 2016 ser tapplika r‑regola rigward l-użu tal‑IBAN biss għal pagamenti bis-SEPA.

Effettivament, dan ifisser li min iħallas mhux se jkun aktar meħtieġ li jipprovdi l‑BIC (Kodiċi tal‑Identità tan‑Negozju, li lokalment hu magħruf ukoll bħala l-kodiċi SWIFT) ta' min għandu jirċievi l‑ħlas għal pagamenti bis-SEPA, kemm domestiċi u kif ukoll dawk transfruntieri. Għalkemm il‑BIC xorta jista' jiġi pprovdut, dan mhux se jkun mandatorju u min iħallas ikun meħtieġ biss li jipprovdi l‑IBAN ta' min għandu jirċievi l‑ħlas sabiex isir pagament.

Minħabba f'hekk, il‑fornituri tas‑servizzi li jsostnu u/jew li jagħmlu użu minn programmi li jiġġeneraw pagamenti huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l‑formoli pprintjati u dawk online użati għall‑ġbir tad‑data għall‑ipproċessar tal‑pagamenti bis-SEPA jkunu emendati skont il‑bżonn, sabiex il‑provvediment tal‑BIC ma jibqax mandatorju.

Lura lejn l-Arkivju