Rekwiżiti ta’ riżervi minimi
L‑istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż‑żona tal‑euro huma obbligati jżommu ammont minimu ta’ depożiti, imsejħa riżervi minimi jew meħtieġa, f’kontijiet mal‑banek ċentrali nazzjonali rispettivi tagħhom. Żieda fil‑proporzjon ta’ riżervi meħtieġa tassorbi wħud mill‑bilanċi tal‑banek li altrimenti jistgħu jkunu disponibbli għal self lill‑bqija tal‑ekonomija. B’hekk, żieda fir‑rekwiżiti tar‑riżervi trażżan l‑espansjoni monetarja u viċiversa. Ir‑rekwiżit tar‑riżervi għal kull istituzzjoni jiġi stabbilit bħala proporzjon ta’ ċerti partiti tal‑passiv fil‑karta tal‑bilanċ tagħha.