About Us

Saħħa u Sigurtà

Il‑Bank jipprovdi ambjent tax‑xogħol li jħares is‑saħħa u s‑sigurtà billi: 

  1. jikkonforma mar‑regoli statutorji u l‑kodiċijiet u prattiċi aċċettati kollha fir‑rigward tas‑saħħa u s‑sigurtà, inkluż il‑Kap. 424 tal‑Att dwar l‑Awtorità għas‑Saħħa u s‑Sigurtà fuq il‑Post tax‑Xogħol;
  2. jiżviluppa l‑politika, il‑proċeduri u l‑linji gwida tal‑Organizzazzjoni dwar is‑Saħħa u s‑Sigurtà;
  3. jiżgura li l‑maniġers kollha tad‑diversi taqsimiet jifhmu u jerfgħu r‑responsabbiltà għall‑proċess tas‑saħħa u s‑sigurtà f'kull qasam tax‑xogħol;
  4. jipprovdi informazzjoni, struzzjonijiet, taħriġ u superviżjoni biex jiżgura li l‑membri tal‑istaff ikunu jafu x'inhuma l‑prattiċi siguri tax‑xogħol, il‑proċeduri f'każ ta' emerġenza u kwalunkwe riskju possibbli għas‑saħħa u s‑sigurtà fl‑ambjent tax‑xogħol tagħhom;
  5. jikkonsulta mal‑istaff u r‑rappreżentant tas‑Saħħa u s‑Sigurtà fuq il‑Post tax‑Xogħol dwar kwistjonijiet relatati mas‑saħħa u s‑sigurtà;
  6. jipprovdi klinika tas-saħħa kull ġimgħa għall-impjegati;
  7. jorganizza regolarment programmi ta' health screening għall-impjegati.