Reġistru tal-Aġenziji ta’ Referenza tal-Kreditu
Skont id-Direttiva Nru 15 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank), il-Bank ser iżomm u jippubblika fuq din il-paġna il-lista sħiħa tal-Aġenziji ta’ Referenza tal-Kreditu (CRA) liċenzjati magħrufa wkoll bħala Credit Bureaus. CRA tfisser kwalunkwe impriża liċenzjata skont ir-Regolament 47A tar-Regolament dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ, in-negozju ewlieni huwa li tipprepara, tiġbor u tevalwa l-informazzjoni dwar il-kreditu u l-informazzjoni relatata dwar il-maniġġ ta’ kreditu u riskju fuq persuni legali u fiżiċi bil-għan li jinħarġu punteġġi ta’ kreditu li għandhom jingħataw lil partijiet terzi. Min-naħa tagħha, id-Direttiva Nru 15 tal-Bank tistabbilixxi r-regoli dwar is-superviżjoni tas-CRAs mill-Bank, bħala l-awtorità superviżorja.
Lista ta' Aġenziji Liċenzjati ta' Referenza tal-Kreditu