News - Stqarrijiet għall-Istampa 2023
17/07/2023
Malta Credit Bureau Limited liċenzjata biex topera bħala Aġenzija ta’ Referenza tal-Kreditu
Fit-2 ta' Awwissu 2023, l-Unità tal-Liċenzjar tal-Kummerċ tad-Dipartiment tal-Kummerċ, f'konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali ta' Malta (il-'Bank'), tat lil Malta Credit Bureau Limited (C 99566) liċenzja ta' ħames snin li tiġġedded biex topera bħala aġenzija ta' referenza tal-kreditu (CRA). Il-funzjoni ta' CRA hija primarjament li toħroġ punteġġi ta' kreditu fuq persuni naturali u ġuridiċi, inklużi l-istituzzjonijiet ta' kreditu. F'konformità ma' artikolu 47(B)(3) tal-Att dwar il-Liċenzji tan-Negozju (Kap. 441) - Regolament dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ, 2018 (SL.S. 441.07), l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta (Kapitolu 204 tal-Liġijiet ta' Malta), u d-Direttiva Nru 15 tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Bank huwa responsabbli għas-superviżjoni tas-CRAs. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta' Malta. Id-dettalji tas-CRA liċenzjata huma disponibbli fuq il-paġna elettronika tal-Bank dwar ir-Reġistru tal-Aġenziji ta' Referenza tal-Kreditu.
Lura lejn l-Arkivju