News - Stqarrijiet għall-Istampa 2017
-
05 ta' Mejju 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Union Ħaddiema Bank Ċentrali (UHBC), li tirrappreżenta l-impjegati fil-gradi klerikali u executive, illum iffirmaw ftehim kollettiv li jkopri l-perjodu mill-2016 sal-2019.
-
02 ta' Mejju 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kif ippubblika r-Rapport Annwali tiegħu għas-sena 2016. Ir-Rapport jagħti ħarsa lejn il-politika u l-operat tal-Bank matul is-sena u jinkludi rapporti finanzjarji fid-dettall.
-
30 ta' Marzu 2017
Il-Ħamis 30 ta’ Marzu, grupp ta’ studenti żaru l-Bank Ċentrali ta’ Malta fi Pjazza Kastilja, ġewwa l-Belt Valletta. Iż-żjara kienet parti mill-attivitajiet tal-European Money Week organizzati mill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin.
-
24 ta' Marzu 2017
Fl-20 ta’ Jannar 2017 l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ipproponiet lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li tiġi rtirata l-liċenzja mogħtija lin-Nemea Bank plc (il-Bank) minħabba nuqqas ta’ progress tanġibbli fit-twettiq tar-rekwiżiti regolatorji.
-
27 ta' Frar 2017
Fit-28 ta’ Frar 2017, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ muniti numiżmatiċi tad-deheb u l-fidda li juru l-Konservatorju mibni fil-Ġonna Botaniċi tal-Argotti.