News - Stqarrijiet għall-Istampa 2017
24/03/2017
L-irtirar tal-liċenzja bankarja tan-Nemea Bank plc
Fl‑20 ta' Jannar 2017 l‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ipproponiet lill‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li tiġi rtirata l‑liċenzja mogħtija lin‑Nemea Bank plc (il‑Bank) minħabba nuqqas ta' progress tanġibbli fit‑twettiq tar‑rekwiżiti regolatorji. Wara din ir‑rakkomandazzjoni, il‑BĊE beda l‑proċess tal‑irtirar tal‑liċenzja u fit-23 ta' Marzu 2017 iddeċieda li jirtira l‑liċenzja hekk kif il‑Bank ma kienx għadu konformi mar‑rekwiżiti regolatorji.
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jerġa' jikkonferma li n‑Nemea Bank plc huwa bank żgħir li għandu rabtiet minimi mal‑ekonomija domestika u li d‑deċiżjoni li tiġi rtirata l‑liċenzja bankarja tiegħu mhux mistenni li jkollha impatt materjali fuq is‑sistema finanzjarja lokali.
Is‑settur bankarju f'Malta hu b'saħħtu u jgawdi minn livell għoli ta' likwidità. L‑irtirar tal‑liċenzja bankarja tan‑Nemea Bank plc seħħ minħabba żviluppi li huma b'mod speċifiku esklussivi għal dan il‑Bank. Din id‑deċiżjoni tikkonferma d‑determinazzjoni u r‑riżoluzzjoni tal‑awtoritajiet kompetenti sabiex jipproteġu lid‑depożitanti u jħarsu l‑integrità tas‑sistema finanzjarja ta' Malta billi jsostnu governanza tajba f'istituzzjonijiet finanzjarji liċenzjati f'Malta.
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-paġna elettronika tal-MFSA www.mfsa.com.mt li tinkludi numru ta' Mistoqsijiet u Tweġibiet.
Lura lejn l-Arkivju