News - Stqarrijiet għall-Istampa 2015
-
13 ta' Marzu 2015
Iktar minn sebgħin student u studenta minn skejjel privati, tal-Knisja u tal-Gvern riċentement żaru il-Bank Ċentrali ta’ Malta fi Pjazza Kastilja ġewwa l-Belt Valletta. Iż-żjara kienet tagħmel parti mill-attivitajiet tal-European Money Week organizzati mill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin.
-
12 ta' Marzu 2015
Fis-16 ta’ Marzu 2015, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ muniti numiżmatiċi tad-deheb u l-fidda li jfakkru l-laqgħa li kienet saret f’Malta f’Diċembru 1989 bejn il-President tal-Istati Uniti George H. W. Bush u l-mexxej tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev.
-
30 ta' Jannar 2015
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ munita tal-fidda li tfakkar l-erba’ mitt anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Akkwedott ta’ Wignacourt.
-
30 ta' Jannar 2015
Flimkien mat-tnedija tal-programm tiegħu għall-2015 dwar ħruġ ta’ muniti, il-Bank ospita simpożju, “Mill-Assedju l-Kbir sal‑Gwerra l-Bierda”, fit-30 ta’ Jannar 2015.
-
29 ta' Jannar 2015
Il-Bank Ċentrali ta' Malta jippubblika tagħrif ta’ kull sitt xhur dwar il-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro f’Malta għat-tieni nofs tal 2014.