News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2015

29/01/2015

Tagħrif ta’ kull sitt xhur dwar il-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro f’Malta

Kien hemm tnaqqis ta' 14.5% fin‑numru ta' karti tal‑flus tal‑euro foloz irrapportati lill‑Bank Ċentrali ta' Malta fl‑2014, meta mqabbel mal‑2013. Madankollu, kien hemm żieda ta' 13.3% fit‑tieni nofs tas‑sena meta mqabbel mal‑istess perjodu s‑sena l‑oħra. L‑ammont totali ta' 990 karta tal‑flus falza rtirati miċ‑ċirkolazzjoni kien 116‑il karta tal‑flus iktar minn dawk irtirati fl‑istess perjodu s‑sena l‑oħra, għalkemm ferm inqas mir‑rekord irreġistrat fit‑tieni nofs tal‑2010.

Tabella 1 turi l‑figuri ta' kull sitt xhur u dawk annwali ta' karti tal‑flus foloz li ġew irtirati miċ‑ċirkolazzjoni f'Malta minn mindu daħal l‑euro fl‑2008.

Tabella 1

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

 

N1

N2

N1

N2

N1

N2

N1

N2

N1

N2

N1

N2

N1

N2

Karti tal‑Flus Foloz

642

903

798

520

760

1663

484

1059

951

713

877

874

507

990

1,545

1,318

2,423

1,543

1,664

1,751

1,497

Meta jitqabbel mal‑għadd ta' karti tal‑euro ġenwini fiċ‑ċirkolazzjoni f'Malta (medja ta' ftit aktar minn 12.62 miljun fit‑tieni nofs tal‑2014), il‑proporzjon ta' karti tal‑euro foloz għadu baxx ħafna. Hu baxx ħafna wkoll (0.20%) bħala proporzjon tal‑ammont totali tal‑karti tal‑flus foloz maqbuda fiż‑żona tal‑euro kollha kemm hi matul l‑istess perjodu. Skont l‑istqarrija għall‑istampa tal‑Ġimgħa 23 ta' Jannar maħruġa milll‑Bank Ċentrali Ewropew, dawn ammontaw għal 507,000 karta tal‑flus. 

Mill‑karti kollha tal‑flus tal‑euro foloz maqbuda f'Malta matul it‑tieni nofs tas‑sena, il-karta tal‑€20 tibqa' l‑iktar karta tal-flus iffalsifikata u tammonta għal 59.4% tat-total tal-fluz foloz maqbuda, prattikament l‑istess perċentwal irreġistrat fis‑sitt xhur ta' qabel. Matul dan il‑perjodu, il‑proporzjon tal‑karti tal‑€50 u tal‑€100 kompla jonqos. Sadattant, ġiet innotata żieda sostanzjali fil-karta tal‑€10, li tammonta għal 14.7% meta mqabbla mal‑proporzjon ta' qabel ta' 2.4%, possibilment ir‑riżultat ta' flus foloz li ġew imneħħija qabel it‑tnedija tat‑tieni serje tal‑karta tal‑€10.

Tabella 2 tipprovdi analiżi perċentwali tal‑ammont totali ta' flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni fit‑tieni nofs tal‑2014, skont id‑denominazzjonijiet u mqabbla ma' dawk irtirati fiż‑żona tal‑euro kollha kemm hi.

Tabella 2

 

 

€5

€10

€20

€50

€100

€200

€500

Analiżi Perċentwali

Żona tal‑Euro

1.0

3.0

60.0

26.0

8.0

1.5

0.5

Malta

1.4

14.7

59.4

8.3

15.8

0.4

0.0

Minkejja l-livell baxx ta' flus foloz irrapportati lokalment, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jibqa' jwissi lill‑pubbliku biex joqgħod attent meta jagħmel tranżazzjonijiet bi flus kontanti. Il‑karti tal‑flus ġenwini jintgħarfu faċilment permezz tat‑test "feel‑look‑tilt" kif spjegat fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta. Il‑Bank hu disponibbli biex jipprovdi kull tip ta' għajnuna, inkluż taħriġ lil kwalunkwe entità lokali li tista' teħtieġ din l‑assistenza. Barra minn hekk, il‑Bank dalwaqt ser joħroġ pubblikazzjoni li tenfasizza l‑karatteristiċi ewlenin ta' sigurtà tal‑karti tal‑flus ġenwini tal‑euro sabiex jgħin lill‑pubbliku inġenerali jagħraf il‑flus suspettużi.

Kull min jirċievi karta tal‑flus suspettuża għandu jċempel lill‑Pulizija fuq 2122 4001 jew lill‑Bank Ċentrali ta' Malta fuq 2550 6012/13, jew jibgħat email lill‑Bank.

Lura lejn l-Arkivju