News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2015

18/05/2015

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jisponsorja l-Malta Journalism Awards

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta qed jisponsorja għall‑ewwel darba l‑kategorija ta' artikli ta' opinjoni tal‑25 edizzjoni tal‑Malta Journalism Awards organizzata mill‑Istitut tal‑Ġurnalisti Maltin. Il‑preżentazzjoni tal‑isponsor saret mill‑Gvernatur, il‑Professur Josef Bonnici lill‑President tal‑Istitut, Karl Wright u lill‑organizzatur taċ‑ċerimonja tal‑awards, Roderick Agius.

L‑opinion column award jirrikonoxxi x‑xogħol eċċellenti tal‑ġurnalisti fil‑gazzetti li kull ġimgħa jesprimu l‑opinjonijiet tagħhom fuq il‑media b'mod infurmat u istruwit. Il‑finalisti għall‑award ta' din is‑sena huma Lino Bugeja, Ramona Depares, Mel Hart u Michaela Spiteri. Ir‑rebbieħ/a j/titħabbar fl‑10 ta' Lulju matul iċ‑ċerimonja tal‑finalisti li se ssir ġewwa SmartCity Malta.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jisponsorja l-Malta Journalism Awards  

 

Lura lejn l-Arkivju