News - Stqarrijiet għall-Istampa 2015
15/06/2015
Allegazzjonijiet dwar ħruġ ta’ informazzjoni kunfidenzjali
B'referenza għall‑allegazzjonijiet li dehru fl‑istampa l‑Ħadd 14 ta' Ġunju 2015, li impjegat tal‑Bank Ċentrali ta' Malta kien involut fil‑ħruġ ta' informazzjoni kunfidenzjali, il‑Bank jixtieq jafferma li dawn l‑allegazzjonijiet serji qed jiġu ttrattati skont ir‑regoli u l‑proċeduri stabbiliti, bħalma dejjem għamel fil‑passat, u li s'issa ma ttieħdu ebda passi dixxiplinarji.
Madankollu, il‑Bank ħa l‑miżuri meħtieġa ta' prekawzjoni sabiex jipproteġi r‑records interni tiegħu biex b'hekk tkun tista' ssir investigazzjoni ġusta u effettiva.
Lura lejn l-Arkivju