Social Media
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta juża varjetà ta’ pjattaformi tal-midja soċjali sabiex jippubblika l-informazzjoni tiegħu, u jagħmel użu mill-iktar pjattaforma xierqa sabiex jilħaq udjenza differenti.
- Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jipprovdi varjetà ta’ kontenut li jinkludi links għal stqarrijiet għall-istampa, diskorsi, pubblikazzjonijiet, rapporti u studji ta’ riċerka, reklami u materjal ieħor disponibbli pubblikament lil dawk li jsegwu lill-Bank fuq Twitter permezz tal‑link https://twitter.com/centralbankmt u fuq LinkedIn permezz tal-link https://www.linkedin.com/company/central-bank-of-malta/.
- Informazzjoni dwar avvenimenti pubbliċi u avviżi ta’ interess pubbliku jittellgħu fuq il-paġna ta’ Facebook bl-isem Central Bank of Malta – Events (https://www.facebook.com/centralbankmalta), l-unika paġna uffiċjali ta’ Facebook li għandu l-Bank.
- Il-YouTube channel tagħna jintuża biex jittellgħu videos li mbagħad jiġu ċċirkolati permezz tas-sit elettroniku tagħna.
- Is-sit tal-Bank huwa identifikat ukoll fuq Google Maps.
L-accounts tal-midja soċjali huma mmaniġġjati mid-Dipartiment tal-Komunikazzjoni f’isem l-organizzazzjoni. Dawn jistgħu jiġu aċċessati mis-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Għal aktar informazzjoni dwar kif il-Bank juża l-pjattaformi tal-midja soċjali, jekk jogħġbok aqra s-Central Bank of Malta Social Media Terms of Use.