Karti tal-flus mgħarrqa
Il‑karti tal‑flus tal‑euro li tkun saritilhom il‑ħsara jew li jkunu mqabrin jew sfreġjati (pereżempju dawk parzjalment maħruqin, imqattgħin jew immermrin) u li jkunu jissodisfaw ċerti kriterji jistgħu jiġu ssostitwiti b'oħrajn ġodda mill‑banek ċentrali nazzjonali taż‑żona tal‑euro. Karti tal‑flus tal‑euro li jkunu tqabru jew li tkun saritilhom il‑ħsara intenzjonalment ma jiġux imsarrfa.
Bħala prinċipju, it‑tisrif isir bla ħlas. Għall‑karti tal‑flus tal‑euro li tkun aċċidentalment saritilhom il‑ħsara minn mezzi li jostakolaw is‑serq, jiġi mitlub ħlas.
Deċiżjoni tal‑BĊE tad‑19 ta' April 2013 dwar id‑denominazzjonijiet, l‑ispeċifikazzjonijiet, ir‑riproduzzjoni, il‑bdil u l‑irtirar tal‑karti tal‑flus tal‑euro (BĊE/2013/10), ĠU L 118, 30.4.2013, pġ. 37.
Linja gwida tal‑BĊE tad‑19 ta' April 2013 li temenda l‑Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l‑infurzar ta' miżuri kontra r‑riproduzzjoni tal‑karti tal‑flus tal‑euro irregolari u dwar il‑bdil u l‑irtirar tal‑karti tal‑flus tal‑euro (BĊE/2013/11),
ĠU L 118, 30.4.2013, pġ. 43.