Il-logo tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
Mal‑adozzjoni tal‑euro fl‑1 ta' Jannar 2008, il‑Bank Ċentrali ta' Malta sar membru tal‑Eurosistema. Biex ifakkar dan l‑avveniment, il‑Bank Ċentrali ta' Malta adotta logo ġdid li jinkorpora t‑terminu "Eurosistema". Din hi l‑prattika stabbilita fil‑banek ċentrali nazzjonali kollha taż‑żona tal‑euro li, flimkien mal‑Bank Ċentrali Ewropew, jiffurmaw l‑Eurosistema.
Fil‑logo hemm l‑istemma araldika tal‑Bank flimkien mat‑terminu "Bank Ċentrali ta' Malta" bil‑Malti u bl‑Ingliż, kif jidher hawn fuq. Bejn iż‑żewġ verżjonijiet hemm it‑terminu "Eurosistema".