Talbiet għal żjajjar
Il‑Bank jilqa' talbiet għal żjajjar edukattivi kif ukoll għal żjajjar fil‑mużew tal‑flus.
Waqt iż‑żjajjar edukattivi, l‑istudenti jingħataw deskrizzjoni ġenerali tar‑rwol u l‑funzjonijiet tal‑Bank Ċentrali ta' Malta u tal‑interazzjoni tiegħu mal‑Eurosistema. Wara dan, issir preżentazzjoni qasira dwar il‑karatteristiċi tas‑sigurtà tal‑karti tal‑flus u tal‑muniti tal‑euro. Dawn is‑sessjonijiet jiġu offruti l‑iżjed għal studenti tal‑iskejjel sekondarji (li jkollhom bejn l‑14 u s‑16‑il sena) li jkunu qed isegwu studji dwar l‑ekonomija/in‑negozju. Kull sessjoni tospita gruppi ta' mhux iżjed minn 30 student u l‑preżentazzjonijiet jieħdu madwar siegħa.
L‑iskejjel lokali għandhom japplikaw permezz tat‑taqsimiet tal‑Guidance and Counselling rispettivi tagħhom.
Partijiet oħra li jkunu interessati għandhom japplikaw permezz tal‑formola online.
Waqt li jsir kull sforz biex jiġu sodisfatti t‑talbiet kollha, l‑aċċettazzjoni ma tistax tiġi garantita.
Żjajjar fil‑Mużew tal‑Flus
Il‑mużew tal‑flus ikun miftuħ għall‑pubbliku fil‑ħinijiet normali tal‑uffiċċju. Żjajjar tal‑mużew bil‑gwida jistgħu jiġu organizzati billi wieħed isaqsi permezz tal‑formola online.
Jiddispjaċina li ma nistgħux norganizzaw żjajjar bil‑gwida fil‑bini tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.
Tagħrif dwar kif tasal il‑Bank Ċentrali ta' Malta jinsab hawn.