News - Stqarrijiet għall-Istampa 2022
-
01 ta' Awwissu 2022
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Scicluna, indirizza lill‑komunità finanzjarja ta' Londra inklużi membri tal‑akkademja f’seminar għal kelliema distinti f’Londra. Is-seminar, li għalih attendew aktar minn 80 parteċipant/a, ġie organizzat miċ-Ċentru Ewropew għall-Ekonomija u l-Finanzi tal-Università ta’ Londra fil-15 ta’ Ġunju 2022.
-
28 ta' Lulju 2022
F’konformità mal‑isforz kontinwu sabiex jippromwovi u jsostni l‑impenn tiegħu biex irawwem post tax‑xogħol inklużiv u ugwali, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta, flimkien mal‑Bank Ċentrali Ewropew u ħamsa u għoxrin bank ċentrali nazzjonali u awtoritajiet kompetenti, iffirma uffiċjalment l-Istatut dwar l-Ugwaljanza, id-Diversità u l-Inklużjoni (EDI) tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).
-
17 ta' Marzu 2022
Fl-14 ta' Marzu 2022, il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il-Bank) nieda l‑Pjan Strateġiku Korporattiv tiegħu waqt laqgħa virtwali għall‑impjegati kollha. Waqt din il-laqgħa, l-impjegati ġew indirizzati mill-Gvernatur Edward Scicluna, mid-Deputati Gvernaturi Alexander Demarco u Oliver Bonello, u miċ-Chief Operating Officer Daniele Romano.