News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2016

17/03/2016

European Money Week - Għadd ta’ studenti minn skejjel sekondarji jżuru l-Bank Ċentrali ta’ Malta

Iktar minn ħamsin student u studenta minn skejjel privati, tal‑Knisja u tal‑Gvern riċentement żaru l‑Bank Ċentrali ta' Malta. Iż‑żjara tagħmel parti mill‑attivitajiet tal‑European Money Week organizzati mill‑Assoċjazzjoni tal‑Bankiera Maltin. Dawn l‑attivitajiet inkludew serje ta' avvenimenti, kemm fuq livell nazzjonali u kif ukoll fuq livell Ewropew, bl‑għan li titqajjem kuxjenza pubblika sa minn età żgħira dwar l‑importanza ta' għarfien finanzjarju, u l‑bżonn li titjieb l‑edukazzjoni finanzjarja fost l‑istudenti tal‑iskejjel primarji u sekondarji.

Matul din iż‑żjara, il-Kuratur tal-Mużew tal-Flus ta spjega dwar il-muniti numiżmatiċi u l-karti tal‑flus li hemm esebiti. Iż‑żjara kompliet bi preżentazzjoni u diskussjoni dwar l‑irwol u l‑funzjonijiet tal‑Bank Ċentrali ta' Malta bħala awtorità indipendenti li taħdem fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.

Din hija t-tieni sena konsekuttiva li l-Bank Ċentrali ta' Malta pparteċipa f'din l-inizjattiva.

European Money Week - Għadd ta’ studenti minn skejjel sekondarji jżuru l-Bank Ċentrali ta’ Malta

Lura lejn l-Arkivju