News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2015

27/10/2015

Programm Edukattiv Nazzjonali għas-Settur Pubbliku “Kun Af il-Karti tal-Flus Tiegħek”

Impjegati mis-settur pubbliku jattendu sessjonijiet ta' taħriġ dwar l‑immaniġġar tal‑flus

Aktar minn 300 impjegat fi ħdan is‑settur pubbliku li jimmaniġġaw il‑flus bħala parti mix‑xogħol tagħhom, attendew sessjonijiet ta' taħriġ dwar l‑immaniġġar tal‑flus kemm f'Malta u kif ukoll f'Għawdex.

It‑taħriġ, li sar matul tnax‑il sessjoni separati, inklużi tlieta f'Għawdex, kien organizzat mill‑Bank Ċentrali ta' Malta, f'kollaborazzjoni mal‑Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) u bis‑sapport tal‑Ministeru għall‑Finanzi.

Is‑sessjonijiet kienu jinvolvu taħriġ dettaljat sabiex min jimmaniġġa l‑flus ikun jista' jinterpreta malajr il‑karatteristiċi ta' sigurtà tal‑karti tal‑flus, mingħajr l‑użu ta' tagħmir għall‑awtentikazzjoni tal‑karti tal‑flus.

Matul iċ‑ċerimonja, li saret fil‑Kummissjoni tal‑Emigranti ġewwa l‑Belt Valletta fis‑27 ta' Ottubru 2015, impjegati mis‑settur pubbliku ġew ippreżentati b'Ċertifikat ta' Attendenza mis‑Sur Paul Muscat, Direttur tas‑Servizzi Finanzjarji fi ħdan il‑Bank Ċentrali ta' Malta u s‑Sur Harold Bonnici, Direttur Ġenerali, Politika u Maniġġ Finanzjarju.  

National Educational Programme for the Public Sector “Know Your Banknotes” 
Lura lejn l-Arkivju