Currency

40 Anniversarju mir-Repubblika ta’ Malta

2014

40 Anniversarju mir‑Repubblika ta' Malta

40th Anniversary of the Republic of Malta silver coin - reverse

40th Anniversary of the Republic of Malta silver coin - obverse

Fl-2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita tal‑fidda li tfakkar l‑erbgħin anniversarju minn meta Malta saret repubblika.

Il‑faċċata ta' quddiem tal‑munita turi l‑istemma araldika ta' Malta bil‑kulur.

Il‑faċċata ta' wara tal‑munita turi l‑ewwel President ta' Malta Sir Anthony Mamo bil‑Prim Ministru Duminku Mintoff maġenbu. Il-President Mamo jidher jaqra messaġġ lill‑pubbliku fi Pjazza San Ġorġ, ġewwa l-Belt Valletta, biex tiċċelebra l-proklamazzjoni ta' Malta bħala Repubblika fit‑13 ta' Diċembru 1974. Il‑munita ġiet iddisinjata u mnaqqxa minn Noel Galea Bason.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

5,000