Payment Systems

Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (IBAN)

L‑IBAN hu standard definit għal numri tal‑kontijiet bankarji li b’mod uniku jidentifikaw il‑kont bankarju li klijent ikollu ma’ bank, ikun fejn ikun jinsab fid‑dinja. In‑numri IBAN tal‑kontijiet bankarji jistgħu jiġu ġġenerati biss mill‑banek għall‑klijenti tagħhom. L‑istituzzjonijiet ta’ kreditu lokali u l‑Bank Ċentrali ta’ Malta ilhom minn Jannar 2004 jistampaw l‑IBAN u l‑Kodiċi SWIFT tal‑Identifikazzjoni tal‑Bank (BIC) fuq id‑dikjarazzjonijiet ta’ rendikont għall‑klijenti tagħhom.

L‑IBAN Malti jikkonsisti minn 31 karattru alfanumeriku, kif ġej:

  • l‑ewwel żewġ karattri alfanumeriċi jidentifikaw il‑pajjiż fejn ikun miżmum il‑kont, f’dan il‑każ, Malta (MT);
  • iż‑żewġ ċifri wara dan huma ċifri ta’ kontroll, li jivvalidaw l‑IBAN komplut;
  • l‑erba’ karattri li jmiss huma l‑ewwel parti tal‑kodiċi SWIFT tal‑identifikazzjoni tal‑bank emittenti;
  • il‑ħames ċifri wara dan huma s‑sort code lokali tal‑bank emittenti;  
  • it‑18‑il karattru l‑oħra huma n‑numru domestiku tal‑kont, preċedut minn żerijiet meta dan ikun meħtieġ.

Eżempju ta’ IBAN Malti:

Kodiċi tal‑Pajjiż

Ċifri ta’ kontroll

Kodiċi SWIFT

Sort Code

Numru tal‑Kont Bankarju

MT

71

MALT

01100

0012345MTLCAST001S

Iċ-ċifra ta' kontroll tiġi kkalkulata kif spjegat fid-dokument tal-EPC.

Il‑kodiċi li jivvalida l‑IBAN jgħin lill‑banek u lill‑klijenti tagħhom biex jikkontrollaw u jivvalidaw l‑IBANs. Dan l‑algoritmu elettroniku jista’ jintuża liberament mill‑banek u jista’ jiġi inkorporat fis‑sistemi tagħhom biex jiffaċilita l‑validazzjoni tal‑IBANs. Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ma jassumi ebda responsabbiltà, espressa jew impliċita, fl‑użu ta' dan il‑kodiċi.

The following table can be used for the derivation of BIC from IBAN:

BIC Found in IBAN (4 Characters)

Full BIC (8 Characters)

Financial Institution Name

AGRK AGRKMTMT AgriBank plc.
AKBK AKBKMTMT Akbank T.A.S.

APSB

APSBMTMT

APS Bank ltd.

BNIF

BNIFMTMT

Banif Bank plc.

VALL

VALLMTMT

Bank of Valletta plc.

MALT

MALTMTMT

Central Bank of Malta

CRXB CRXBMTMT Credorax Bank ltd.
ECMB ECMBMTMT ECCM Bank plc.
EMON EMONMTM2 Emoney plc.
FBHL FBHLMTMT Credit Europe Bank N.V.

FCMF

FCMFMTMT

FCM Bank ltd.

FEMA FEMAMTMT Ferratum Bank ltd.

FIMB

FIMBMTM3

Fimbank Plc.

MMEB

MMEBMTMT

HSBC Bank Malta plc.

IIGB

IIGBMTMT

IIG Bank ltd.

IZOL

IZOLMTMT

Izola Bank ltd.

LBMA

LBMAMTMT

Lombard Bank Malta plc.

MBWM MBWMMTMT Mediterranean Bank plc.
VBMA VBMAMTM3 Mediterranean Corporate Bank ltd.

MFCB

MFCBMTMS

MFC Merchant Bank ltd.

MCPI

MCPIMTMT

MoneyPlus Card Payment Institution ltd.

FNNB FNNBMTMT NBG Bank Malta ltd.

VOCB

VOCBMTMT

Novum Bank ltd.

PYMX PYMXMTMT PayMix ltd.

PLTS

PLTSMTMT

Pilatus Bank ltd.

STBA STBAMTMT SATA Bank plc.

SBMT

SBMTMTMT

Sparkasse Bank Malta plc.

TGBA TGBAMTMT Turkiye Garanti Bankasi AS

COPX

COPXMTMT

W and J Coppini and Co.

YAPI YAPIMTMT Yapi Kredi Bank Malta ltd.

Tabella dwar id-derivazzjoni tal-BIC mill-IBAN
(0kb - Last updated ) (aġġornata fil-bidu ta' kull xahar)


Lista tal-BICs u sort codes tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Maltin
(0kb - Last updated )