Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja
Ir‑Rapport dwar l‑Istabbiltà Finanzjarja janalizza u jevalwa l‑kundizzjonijiet u l‑iżviluppi makrofinanzjarji tas‑sistema finanzjarja f'Malta. Jevalwa kemm hi b'saħħitha s‑sistema u jidentifika sorsi ta' riskju sistemiku potenzjali. Jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet biex tinżamm u, fejn ikun meħtieġ, tittejjeb is‑solidità tas‑sistema finanzjarja. Barra dan, ir‑Rapport jippromwovi għarfien tal‑funzjonament tas‑sistema finanzjarja u kwistjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja relatati. Ir‑Rapport dwar l‑Istabbiltà Finanzjarja jiġi ppubblikat kull sena, b'aġġornament ta' kull sitt xhur. Sommarji tar‑rapporti għal perjodi ta' qabel l‑2008 jinsabu fl‑edizzjonijiet rispettivi tar‑Rivista ta' Kull Tliet Xhur u tar‑Rapport Annwali tal‑Bank.