Currency

Sett Datat 2011

2011

Sett ta' muniti datat 2011

Dated coin set 2011

Dan is-sett jinkludi t-tmien muniti tal-euro Maltin, iddisinjati minn Noel Galea Bason, u jinkludi wkoll munita kommemorattiva taż-€2 bil-kliem 'L-Ewwel Deputati Eletti - 1849'. Din il-munita kienet iddisinjata minn Ġanni Bonnici u hija l-ewwel minn serje ta' ħames muniti kommemorattivi taż-€2 li qed jikkommemoraw l-istorja kostituzzjonali ta' Malta. Is-sett jinkludi wkoll kopja ta' munita taż-żmien Puniku. Il-munita kommemorattiva nħadmet fir-Royal Dutch Mint u listampar tagħha hu limitat għal 50,000 munita.