Ir-raba’ serje – Il-gallarija tal-ġebel
1975
|
Ir-raba' serje - Il-gallarija tal-ġebel
|
|
Il‑gallarija tal‑ġebel hi karatteristika tal‑pajsaġġ urban Malti. L‑ewwel gallariji miftuħin li nbnew għalkollox bil‑ġebel dehru lokalment fiż‑żminijiet medjevali. Ħafna storiċi tal‑arkitettura huma tal‑fehma li l‑ewwel gallariji magħluqin kienu sempliċement riżultat ta' żieda mal‑parapett tal‑ġebel tal‑gallarija miftuħa. Iżjed tard ix‑xogħol tal‑ġebel ġie sostitwit minn pannelli tal‑injam u dan wassal għall‑iżvilupp tal‑gallarija magħluqa tal‑injam tal‑lum. Hu maħsub li l‑gallarija magħluqa tal‑injam oriġinat fil‑Belt Valletta u li l‑popolarità tagħha nfirxet mill‑Belt għall‑irħula mbiegħda matul is‑seklu 18.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Deheb
|
Lm50
|
28
|
15
|
0.916
|
Pietro Giampaoli
|
Malta Mint
|
2,000
|