It-tielet serje – Id-dgħajsa ta’ Għawdex
1974
|
It-tielet serje - Id-dgħajsa ta' Għawdex
|
|
Id‑dgħajsa ta' Għawdex kienet magħrufa wkoll bħala "tal‑latini" u żviluppat mill‑ixprunara. Iż‑żewġ tipi ta' dgħajjes kellhom l‑istess kostruzzjoni tal‑qafas prinċipali u l‑istess arranġament tal‑qlugħ. Id‑dgħajsa ta' Għawdex kienet tinżeba' b'kuluri tradizzjonali: l‑aħdar, il‑blu, l‑aħmar u l‑isfar. Id‑dgħajjes kienu jġorru passiġġieri, bhejjem u merkanzija bejn Malta u Għawdex. Dgħajsa ta' Għawdex miżbugħa bl‑iswed kienet tinżamm għall‑ġarr ta' katavri bejn iż‑żewġ gżejjer. Servizz tajjeb u affidabbli b'bastimenti li jaħdmu bil‑mutur wasslu biex id‑dgħajsa tradizzjonali ta' Għawdex ma tibqax tintuża.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru(mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Deheb
|
Lm20
|
22
|
6
|
0.916
|
Pietro Giampaoli
|
Malta Mint
|
|