Eżerċizzju tal-istress test li sar fl-UE kollha mis-CEBS fl-2010
L‑għan tal‑eżerċizzju tal‑istress test li sar fl‑UE kollha fl‑2010 b'mandat maħruġ mill‑Kunsill tal‑Ministri tal‑Finanzi tal‑UE (ECOFIN) u li kien ikkoordinat mis‑CEBS (Committee of European Banking Supervisors) b'kooperazzjoni mal‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l‑awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l‑Kummissjoni tal‑UE, kien li jkejjel is‑saħħa ġenerali tas‑settur bankarju tal‑UE u l‑kapaċità tal‑banek li jassorbu iżjed skossi potenzjali relatati ma' riskji tal‑kreditu u tas‑swieq, inklużi riskji relatati mad‑dejn tal‑gvern.
L-eżerċizzju sar abbażi ta' banek meqjusa individwalment biex inġabar kampjun ta' 91 bank tal-UE minn 20 Stat Membru tal-UE, li jkopru mill-inqas 50% tas-settur bankarju, f'termini ta' assi totali konsolidati, f'kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE, bl-użu ta' xenarji makroekonomiċi maqbula ma' kulħadd (skont standards referenzjali u negattivi) għall-2010 u l-2011, żviluppati b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u l-Kummissjoni Ewropea.
Iżjed informazzjoni dwar ix-xenarji, il-metodoloġija, ir-riżultati individwali, aggregati u dettaljati, hi disponibbli mingħand is-CEBS.
Stqarrija konġunta għall-istampa mill-Bank Ċentrali ta' Malta u l-MFSA
Riżultati tal-istress test tal-Bank of Valletta plc (14kb)
Nuqqas ta' kopertura tal-Bank of Valletta plc fir-rigward tad-dejn tal-gvern (13kb)
Dikjarazzjoni konġunta (103kb)
Stqarrija għall-istampa tas-CEBS
Riżultati tal-istress test li sar fl-UE kollha mis-CEBS fl-2010
Stqarrija għall-istampa tal-BĊE
Stqarrija konġunta għall-istampa mis-CEBS, il-BĊE u l-Kummissjoni Ewropea
CEBS: Mistoqsijiet u Tweġibiet
Stqarrija għall-istampa tad-DOI