Fl-2015, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita numiżmatika tad‑deheb li tfakkar lill‑Papa Ġwanni Pawlu II, fl‑għaxar anniversarju mill‑mewt tiegħu.
Il‑faċċata ta' quddiem tal‑munita turi l‑emblema ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2015. Il‑faċċata ta' wara tal‑munita turi xbieha tal‑Papa Ġwanni Pawlu II.
Karol Josef Wojtyla twieled fit‑18 ta' Mejju 1920 f'Wadowice, il‑Polonja. Huwa kien l‑iżgħar mit‑tlett ulied ta' Karol Wojtyla u Emilia Kaczorowska. Kien ordnat qassis fl‑1 ta' Novembru 1946, inħatar Arċisqof ta' Krakovja fl‑1964 u Kardinal f'Ġunju 1967. Il‑Kardinal Wojtyla kien elett Papa fis‑16 ta' Ottubru 1978. Matul il‑Pontifikat tiegħu, Ġwanni Pawlu II għamel 104 vjaġġi appostoliċi internazzjonali, ibbeatifika 1,338 persuna u ikkanonizza 482 qaddis. Il‑Papa Ġwanni Pawlu II miet fit‑2 ta' April 2005, u ġie ddikjarat qaddis mill‑Papa Franġisku fis‑27 ta' April 2014.
|