About Us

Inizjattivi edukattivi oħra

Katedra tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fl‑Ekonomija 

Fl‑2012, il‑Bank waqqaf il‑Katedra tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fl‑Ekonomija fi ħdan il‑Fakultà tal‑Ekonomija, il‑Management u l‑Accountancy fl‑Università ta' Malta għal perjodu ta' erba' snin. Permezz ta' dan il‑finanzjament, id‑Dipartiment ikun jista' jimpjega tliet lekċerers barranin ta' reputazzjoni rikonoxxuta u ta' erudizzjoni distinta fl‑Ekonomija, u dan kull sena tul il‑perjodu tal‑erba' snin, għall‑benefiċċju tal‑istudenti tal‑gradi Honours u Master fl‑Ekonomija.


Fond tal‑Premju John Earland

Fl‑2005, il‑Bank Ċentrali ta' Malta waqqaf il‑Fond tal‑Premju John Earland. John Earland, ex‑Gvernatur tal‑Bank, għamel donazzjoni tas‑somma ta' US$ 10,000 biex iwaqqaf fond għall‑finanzjament ta' premju annwali għall‑aħjar riżultat akkademiku jew essay relatat ma' kwalunkwe waħda mill‑funzjonijiet tal‑Bank Ċentrali ta' Malta. L‑għan tal‑premju hu li jkattar l‑għarfien ta' kwistjonijiet relatati mal‑Bank Ċentrali ta' Malta u li jħeġġeġ l‑aġġornament tal‑ħiliet u tal‑għarfien f'dan il‑qasam. 

Ir‑regolamenti jistgħu jitniżżlu minn hawn.