News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2017

15/05/2017

Preżentazzjoni ta’ fondi lill-Malta Community Chest Fund Foundation

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ta donazzjoni ta' €82,000 lill‑Malta Community Chest Fund Foundation. Id‑donazzjoni, ippreżentata lill‑President ta' Malta Marie‑Louise Coleiro Preca mill‑Gvernatur Dr Mario Vella, tirrappreżenta l‑qligħ li sar mill‑bejgħ ta' coin cards tal‑muniti kommemorattivi taż‑€2 bit‑tema 'Solidarjetà permezz tal‑Imħabba'.

Il‑munita hi l‑ewwel minn serje ta' ħames muniti maħruġa mill‑Bank Ċentrali ta' Malta taħt il‑programm 'Mit‑Tfal b'Solidarjetà'. Dan il‑programm hu inizjattiva bejn il‑Bank Ċentrali ta' Malta u l‑Malta Community Chest Fund Foundation, bl‑appoġġ tal‑Ministeru għall‑Edukazzjoni u x‑Xogħol.

Il‑munita kienet ir‑riżultat ta' kompetizzjoni li kienet miftuħa għall‑istudenti kollha tal‑iskejjel sekondarji, bid‑disinn rebbieħ magħżul permezz ta' proċess ta' votazzjoni, li fih innifsu kien mod li jippromwovi l‑valuri demokratiċi u sens ta' ċittadinanza responsabbli fost studenti ta' età żgħira. It‑temi għall‑kompetizzjonijiet għad‑disinji tal‑muniti għall‑2017 u l‑2018 huma 'il‑Paċi' u 'il‑Patrimonju Nazzjonali', rispettivament.

Preżentazzjoni ta’ fondi lill-Malta Community Chest Fund Foundation

Preżentazzjoni ta’ fondi lill-Malta Community Chest Fund Foundation

Lura lejn l-Arkivju