News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2017

30/03/2017

European Money Week – Għadd ta’ studenti minn skejjel sekondarji jżuru l-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il‑Ħamis 30 ta' Marzu, grupp ta' studenti żaru l‑Bank Ċentrali ta' Malta fi Pjazza Kastilja, ġewwa l‑Belt Valletta. Iż‑żjara kienet parti mill‑attivitajiet tal‑European Money Week organizzati mill‑Assoċjazzjoni tal‑Bankiera Maltin. Dawn l‑attivitajiet inkludew serje ta' avvenimenti, kemm fuq livell nazzjonali u kif ukoll fuq livell Ewropew, bl‑għan li titqajjem kuxjenza pubblika sa minn età żgħira dwar l‑importanza ta' għarfien finanzjarju, u l‑bżonn li titjieb l‑edukazzjoni finanzjarja fost l‑istudenti tal‑iskejjel primarji u sekondarji.

Wara preżentazzjoni dwar l‑irwoli u l‑funzjonijiet ġenerali tal‑Bank, l‑istudenti kellhom l‑opportunità jaraw waħda mill‑ikbar selezzjonijiet ta' muniti numiżmatiċi u karti tal‑flus f'Malta. L‑istudenti ngħataw informazzjoni dwar il‑karatteristiċi ta' sigurtà tal‑karta l‑ġdida tal‑€50 li ser tiġi mnedija fl‑4 ta' April.

Din hija t‑tielet sena konsekuttiva li l‑Bank Ċentrali ta' Malta pparteċipa f'din l‑inizjattiva.

European Money Week – Għadd ta’ studenti minn skejjel sekondarji jżuru l-Bank Ċentrali ta’ Malta

European Money Week – Għadd ta’ studenti minn skejjel sekondarji jżuru l-Bank Ċentrali ta’ Malta

Lura lejn l-Arkivju