News

News - Aġġornament Ekonomiku 2017

15/06/2017

Aġġornament Ekonomiku: Ħarġa 6/2017

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika l‑aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sat‑13 ta' Ġunju 2017.

F'Mejju, l‑Indiċi tal‑Bank rigward il‑Kundizzjonijiet tan‑Negozju (Business Conditions Index, BCI) kien f'livelli ta' attività medja. Is‑sentiment ekonomiku batta ftit minħabba sentiment iktar dgħajjef fis‑servizzi, iżda baqa' f'livelli għoljin minn perspettiva storika.

F'April, il‑bejgħ lill‑konsumaturi żdied f'termini annwali. Il‑produzzjoni industrijali u l‑attività fit‑turiżmu żdiedu wkoll. Il‑kundizzjonijiet tas‑suq tax‑xogħol baqgħu favorevoli. L‑impjiegi komplew jiżdiedu filwaqt li l‑qgħad kompla jonqos.

Iż‑żieda fil‑prezzijiet baqgħet moderata, bir‑rata annwali tal‑inflazzjoni bbażata fuq l‑Indiċi Armonizzat tal‑Prezzijiet għall‑Konsumatur (HICP) tbatti għal 1.1% f'April.

Id‑depożiti fil‑banek tar‑residenti f'Malta żdiedu bi 11.8% meta mqabbla mal‑istess xahar tal‑2016, filwaqt li l‑kreditu lil residenti f'Malta żdied bi 2.6%.

Fir‑rigward tal‑iżviluppi fiskali, il‑Fond Konsolidat ibbażat fuq dħul u nfiq attwali wera bilanċ pożittiv fl‑ewwel erba' xhur tal‑2017.

L‑Aġġornament Ekonomiku jinsab fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.

 

 

 

 

Back