News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2017

20/01/2017

Nemea Bank plc

Qed issir referenza għall‑avviż maħruġ mill‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta ('l‑Awtorità') fl-20 ta' Jannar 2017 fir‑rigward ta' Nemea Bank plc.

Nemea Bank plc (il‑Bank) huwa bank internazzjonali żgħir li kien awtorizzat li jopera bħala istituzzjoni ta' kreditu f'Settembru 2008. Il‑Bank ilu gradwalment jiġbor depożiti minn individwi sa mill‑2011, bl‑assi totali bħalissa stmati inqas minn €60 miljun. Il‑Bank għandu rabtiet minimi mal‑ekonomija domestika, u fl‑eventwalità li l-liċenzja ta' dan il-Bank tiġi rtirata, dan mhux ser ikollu impatt materjali fuq is‑sistema finanzjarja Maltija. Is‑settur bankarju f'Malta jibqa' b'saħħtu minkejja dawn l‑iżviluppi li huma b'mod speċifiku esklussivi għal dan il‑Bank.

Il‑miżuri deċiżivi u f'waqthom li ttieħdu mir‑regolatur juru d‑determinazzjoni tal‑awtoritajiet kompetenti sabiex jipproteġu lid‑depożitanti u jsostnu governanza tajba f'istituzzjonijiet finanzjarji għall‑ħarsien tal‑integrità u r‑reputazzjoni tas‑sistema finanzjarja ta' Malta.

Lura lejn l-Arkivju