Currency

Midalja ta' Jean de La Valette

2012

Midalja ta' Jean de La Valette

Jean de La Valette Medal

Jean Parisot de La Valette twieled fl‑1494 u ngħaqad mal‑Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm meta kellu għoxrin sena. Huwa ngħaqad mal‑Ordni bħala Kavallier tal‑Langue ta' Provence u ġie pproklamat Gran Mastru fil‑21 ta' Awwissu 1557. Fit‑18 ta' Mejju 1565, 138 ġifen taħt il‑kmand ta' Pialì Pasha, b'armata ta' 40,000 raġel ikkmandati minn Mustapha Pasha, dehru 'l barra mix‑xtut Maltin. Dan kien il‑bidu tal‑Assedju l‑Kbir tal‑1565. Kważi erba' xhur wara, fit‑8 ta' Settembru, l‑armata Torka tilfet u telqet minn dawn ix‑xtut. Il‑Gran Mastru eroj miet fil‑21 ta' Awwissu 1568. Kien midfun fil‑knisja tal‑Vittorja fejn hemm l‑ewwel ġebla tal‑Belt Valletta, il‑belt kapitali ta' Malta, li tpoġġiet fl‑1566 minn La Valette nnifsu.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross(g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

similor

n/a

37.25

21.8

n/a

Luc Luycx

Royal Belgian Mint

10,000