Currency

Sett Datat 2017

2017

Sett ta' muniti datat 2017

Sett Datat 2017

Munita kommemorattiva taż‑€2 Ħaġar Qim

Is‑sett jinkludi t‑tmien muniti tal‑euro Maltin, kif ukoll munita taż‑€2 li turi t‑tempji preistoriċi ta' Ħaġar Qim. Din il‑munita hija t‑tieni minn serje ta' seba' muniti ddedikati għal monumenti preistoriċi Maltin.  

Il‑muniti kollha fis‑sett huma ta' kwalità brilliant uncirculated, u kienu maħduma fil‑Monnaie de Paris fi Franza. In‑naħat nazzjonali tal‑muniti tal‑euro u tal‑munita kommemorattiva taż‑€2 ġew iddisinjati minn Noel Galea Bason. Is‑settijiet, li l‑istampar tagħhom se jkun limitat għal 25,000 sett, ser jiġu ppreżentati fi blister‑packs attraenti u llustrati.