Currency

Sett Datat 2016

2016

Sett ta' muniti datat 2016

Dated set 2016

€2 commemorative coin Ġgantija

Is‑sett jinkludi t‑tmien muniti tal‑euro Maltin, kif ukoll munita taż‑€2 li turi t‑tempji preistoriċi tal‑Ġgantija. Din il‑munita hija l‑ewwel minn serje ta' seba' muniti ddedikati għal monumenti preistoriċi Maltin li huma ddikjarati wkoll bħala siti ta' wirt dinji mill‑UNESCO.

Il‑muniti kollha fis‑sett kienu maħduma fil‑Monnaie de Paris fi Franza. In‑naħat nazzjonali tal‑muniti tal‑euro u tal‑munita kommemorattiva taż‑€2 ġew iddisinjati mill‑artist Malti, Noel Galea Bason. Is‑settijiet ser jiġu ppreżentati fi blister‑packs attraenti u llustrati, u l‑istampar tagħhom hu limitat għal 30,000 sett.