Currency

Sett Datat 2015

2015

Sett ta' muniti datat 2015

Dated set 2015

€2 commemorative coin Republic

Is‑sett jinkludi t‑tmien muniti tal‑euro Maltin, iddisinjati minn Noel Galea Bason. Is-sett jinkludi wkoll munita kommemorattiva taż‑€2, li tikkommemora l‑bidla fl‑istat ta' Malta għal repubblika fl‑1974. Din il‑munita ġiet iddisinjata minn Ġanni Bonnici u hija l‑ħames munita minn serje ta' ħames muniti li jikkomemoraw avvenimenti importanti fl‑istorja kostituzzjonali ta' Malta. Is-sett jinkludi wkoll munita replika mill-perjodu Normann. Il‑muniti kollha kienu maħduma fir‑Royal Dutch Mint.